Adulti: €5
Konċessjonijiet: €3
Benefiċċji tas-Sħubija
- Kontenut esklussiv b’xejn.
- Avvenimenti esklussivi għall-membri.
- Prezzijiet tal-biljetti skontati.
- Possibbiltà ta’ skont ulterjuri fuq wirjiet skedati ta’ films.
- Għadd ta’ films b’xejn.
- Newsletter taċ-ċinema li se tintbagħat kull xahar, li tinkludi kontenut esklussiv, skontijiet ulterjuri u avvenimenti u l-iskeda tax-xahar ta’ wara.
Termini u Kundizzjonijiet
Ġenerali
– Is-sħubija hija disponibbli biss għal individwi minn 16-il sena ’l fuq.
– Is-sħubija taċ-ċinema tiegħek mhix trasferibbli.
– Biljett wieħed biss għal kull skrinjar jista’ jinxtara bil-karta ta’ sħubija.
– Is-sħubija tagħtik aċċess illimitat għall-Programm taċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv. Il-MET, Bolshoi, RSC, u NT mhumiex parti mill-iskema ta’ sħubija. Biex issir taf aktar dwar l-iskrinings imraħħsa, agħti daqqa t’għajn lejn il-paġna taċ-Ċinema tagħna.
– Qabel ma tidħol għal xi film fiċ-ċinema jew avveniment ċinematografiku, kun ċert li tippreżenta l-karta tas-sħubija tiegħek flimkien mal-biljett li tkun xtrajt.
– Il-karta tas-sħubija hija proprjetà ta’ Spazju Kreattiv.
– Spazju Kreattiv jirriżerva d-dritt li jaġġorna u jbiddel dawn it-Termini u Kundizzjonijiet.
Karta mitlufa jew misruqa
– Jekk il-karta tas-sħubija tintilef jew tinsteraq, il-membru għandu jgħarraf minnufih lil Spazju Kreattiv, u japplika għal oħra.
– Biex japplikaw għal karta oħra, il-membri għandhom jinnotifikaw lil Spazju Kreattiv fuq boxoffice@kreattivita.org. Ikun hemm tariffa amministrattiva ta’ €5.
Kanċellazzjoni tas-sħubija – mill-membru
– Il-Membri jistgħu jikkanċellaw is-sħubija tagħhom meta jridu, u għal kwalunkwe raġuni.
– Biex jeffettwaw il-kanċellazzjoni, il-membri għandhom jinnotifikaw lil Spazju Kreattiv permezz tal-posta elettronika lil cine@kreattivita.org.
– Mal-kanċellazzjoni, il-membri għandhom jirritornaw il-kard tas-sħubija lil Spazju Kreattiv.
Kanċellazzjoni tas-sħubija – minn Spazju Kreattiv
– Spazju Kreattiv jirriżerva d-dritt li jtemm is-sħubija f’każ ta’ frodi, dikjarazzjonijiet foloz jew falsifikazzjonijiet fir-reġistrazzjoni, użu frodulenti, irregolarità fil-ħlas, u/jew nuqqas ta’ konformità sħiħa mat-Termini u Kundizzjonijiet.