Artist in Residence 2019: Noah Jordan

Noah Jordan hero Credit - Julia Hoffman

Noah Jordan (CAN)

Artist f’Residenza, Settembru 2019

 


Dwar il-Project

Microtonal Flute and Voice Recording Project

Winds / Irjieħ huwa xogħol immirat għal għadd ta’ flawts u vuċijiet. Il-proġett jittanta jesplora dak li hemm komuni bejn is-settijiet ta’ intonazzjoni, armonija mikrotonali, mużika vokali tradizzjonalment Maltija, u l-iżjed strumenti b’intonazzjoni li tvarja (il-flawt u l-vuċi). Huwa neċessarju l-istudju tal-intunar intenzjonat (li jirrifjuta s-sistema tat-12-il ton) sabiex jinġiebu flimkien il-perspettiva storika u kontemporanja tal-intunar, mit-tradizzjonijiet kollha tal-mużika u l-arti tal-ħoss, kif ukoll sabiex ikunu inkorporati l-matematika, il-lingwistika, u ideat ta’ lingwaġġ formali u sistemi ta’ komunikazzjoni, kif ukoll l-akustika u l-istudji fil-perċezzjoni psikoakustika. Komunitajiet ċkejknin u iżolati huma f’ħafna mid-drabi dawk li jippossedu artefatti kulturali speċjali, li jinkludu proċess reġjonali ta’ irfinar tan-nota, kanzunetti, rakkonti, u ideat. Bħalma iżolati lingwistiċi u creoles jistgħu jagħtu idea tal-funzjoni tal-lingwa umana b’mod sħiħ, iżolati mużikali u taħlitiet kulturali jistgħu jagħmlu l-istess, b’mod speċjali fil-qasam tal-mużika li jagħmel l-almu kollu sabiex jelimina ċ-ċentriżmu kulturali. Dan il-proġett se jkun qiegħed jiffoka fuq in-natura awtentika tal-vuċi u l-flawts u l-flessibilità tagħhom f’li jdoqqu struttura armonika fonda minħabba l-flessibiltà tagħhom fl-intunar.

 


Dwar l-Artist

Noah Jordan jaħdem f’diversi fazzjonijiet tal-kreazzjoni mużikali: improvizzazzjoni, kompożizzjoni, produzzjoni mużikali, arti tal-ħoss, u arti krossdixxiplinarja. Ħafna mix-xogħol tiegħu jiffoka fuq id-dekolonizzazzjoni tal-mużika, speċifikament permezz tal-oqsma tal-intonazzjoni u tal-intunar. Ix-xogħlijiet tiegħu jużaw is-simboli u t-tendenzi ta’ dan il-proċess li jaqsam fruntiera metafiżika u psikoloġika ta’ arketipi rrappreżentati permezz ta’ relazzjonijiet numeriċi astratti li jippenetraw id-dinja fiżika permezz tal-vibrazzjoni, u l-proċessi kulturali li qegħdin nesperjenzaw bħala ċittadini tad-dinja matul iż-żmien tal-globaliżmu u komunikazzjoni tal-massa liema bħalha. Fi spettru infinit ta’ intonazzjoni, qalb sett diskret u ċkejken ta’ intonazzjoni, il-possibiltajiet bla tarf jippermettu kemm natura iktar deskrittiva tad-diversità vasta ta’ mużika madwar id-dinja, kif ukoll kumplessità possibbli intanġibbli ta’ mużika futura hekk kif nesploraw in-natura tar-relazzjonijiet ta’ armoniji ogħla. Ix-xogħol tiegħu jinkludi improvizzazzjonijiet għall-pjanu mikrotonali (The Devil, The Moon), dwett Jazz 17 tone (Formality vs Reality), mużika akużmatika u l-arti tal-ħoss (Is), hiphop mikrotonali f’kollaborazzjoni ma’ poeti u kompożituri esperimentali fil-Messiku (Noah Nabora), u skultura tal-ħoss (Bone Saga).

Ritratt ta’ Julia Hoffman