Artist in Residence 2019: Lee Campbell

Careful Whisper at You and Your Work, Bristol (2007) credited to Sylvia Rimat PNG

Lee Campbell (UK)

Artist f’Residenza, April 2019

Ritratt: Sylvia Rimat

 


Dwar il-Project

Strange Continuities
Din ir-residenza timmira li toħloq rabtiet bejn it-tħassib fil-prattika tal-arti tiegħi mal-mezz tal-ħoss u l-att tas-smigħ, l-indeboliment tal-vista, u l-arti u l-ventrilokwju kif deskritt minn Steven Connor f’ Dumstruck: a cultural history of ventriloquism (2000) bħala mezz ta’ kif wieħed jesplora r-relazzjonijiet bejn il-viżjoni u s-smigħ’ (2000:14). Connor ikompli biex jagħmel osservazzjonijiet interessanti dwar kif persuni neqsin mill-vista jorjentaw lilhom infushom (b’ġisimhom) f’dinja fejn il-ħoss ma jaqta’ xejn:

Ma tistax taħrab minn ħoss li jilħqek minn kullimkien u jaħdem fuqek mingħajr waqfien. Anke f’kundizzjonijiet ta’ deprivazzjoni sensorja radikali, il-ħsejjes tal-ġisem, iż-żaqżiq tal-ġogi tal-ġisem, it-theżżiż tas-snien, id-demm jippompja, jippersistu u jinsistu […] Il-persuna nieqsa mid-dawl jew il-persuna li tiddependi biss mis-smigħ tiġi affettwata. Il-persuna nieqsa mid-dawl tgħix f’ġisimha, minflok fid-dinja: iżda huwa tip ta’ ġisem partikolari, ġisem mogħti forma u volum affaxxinanti iżda mhux permanenti permezz tal-esperjenza tal-ħoss, li jistabbilixxi kontinwitajiet strambi bejn ġewwa u barra (2000:17-18).

B’ispirazzjoni mill-idea ta’ “kontinwitajiet strambi” u l-orjentament mill-ġdid għal persuni neqsin mid-dawl ta’ ġewwa u ta’ barra, din ir-residenza għandha l-għan li ttejjeb il-wisa’ u l-fond tal-għarfien dwar il-kultura tal-bniedem fir-rigward taż-żieda fil-fehim tal-indeboliment tal-vista. Se tipprova tagħmel dan billi tinvolvi persuni kemm li jaraw kif ukoll dawk neqsin mid-dawl f’serje ta’ esperimenti prattiċi li jużaw pedagoġiji biex jesploraw il-ħoss u l-effetti tiegħu fuq il-ġisem, l-att tas-smigħ u l-komunikazzjoni f’termini tal-kliem li n-nies jagħżlu li jgħidu u li jistgħu jiddeskrivu l-affarijiet. Il-parteċipanti (neqsin mid-dawl u mhux neqsin mid-dawl) se jkunu involuti f’serje ta’ attivitajiet li jagħtu prijorità l-importanza tal-ħoss u tas-smigħ. Dan biex jiġi esplorat jekk il-parteċipazzjoni tagħhom tistax tiżvela modi ġodda l-effett tal-ġisem fil-ħin u fl-ispazju u turi li jekk tkun nieqes mid-dawl, tiftaħ opportunitajiet ġodda ta’ kif taħseb mill-ġdid kif tinvolvi ruħek (bil-ġisem) fis-smigħ, forsi anke lil hinn mil-livelli normali tas-smigħ ta’ individwu (li mhux nieqes mid-dawl).

Segwi r-residenza ta’ Lee Campbell fuq il-blogg tiegħu:
leecampbellvisionimpairmentresearch.blogspot.com

 


Dwar l-Artist

Dr Lee Campbell huwa artist, kuratur u lekċerer fis-Central Saint Martins u fil-kulleġġi tal-UAL f’Camberwell, Chelsea u Wimbledon. Il-prattika tal-arti tiegħu tgħaqqad metodoloġiji mill-Arti Performattiva u l-Arti Fina biex jesplora kif tinbena t-tifsira permezz tal-politika tal-ispazju, u kif il-politika tal-artisti tiġi artikolata permezz ta’ diversi mezzi artistiċi li jinkludu r-rappreżentazzjonijiet, il-fotografija u l-film. Il-metodoloġija ta’ xogħlu tpoġġi enfasi fuq esperjenza ġewwiena mfassla fuq l-esperjenza tiegħu bħala artist li juża l-ġisem bħala l-prinċipju ewlieni biex joħloq ix-xogħol. Ir-riċerka ta’ Lee ġiet ippubblikata internazzjonalment f’pubblikazzjonijiet reċenti li jinkludu PARtake: The Journal of Performance as Research, Body Space Technology and Performance Paradigm. Bħalissa qed jaħdem fuq kollezzjoni editjata, Leap into Action: Critical Performative Pedagogies in Art & Design Education (Peter Lang, Stati Uniti). Huwa resident tal-istudjow bħala parti mill-programm ta’ artisti tal-istudjow Conditions fi Croydon.

<b>Lee Campbell</b> (UK)

Research at Camberwell, Chelsea, Wimbledon