Artist in Residence 2019: Katarina Radovic

katarina-radovic image hero

Katarina Radovic (SRB)

Artist f’Residenza, Settembru 2019

 


Dwar il-Project

Palettes

Palettes qiegħed jitqies bħala esplorazzjoni tal-fenomenu tal-identitajiet multikulturali f’Malta, muri fl-ikel u espress f’forma artistika. Katarina se tkun qiegħda tesplora l-identità Maltija permezz tar-repertorju ta’ platti tipiċi, ikkunsmati minn familji multikulturali fil-gżejjer Maltin. Hija se tkun qed tidħol f’diskussjonijiet mal-membri tal-familja, filwaqt li tiġbed ir-ritratti tagħhom u ta’ dawk il-platti, merċa, u ħwawar partikolari, u tiġbor stejjer qosra bi tħejjija għal xi biċċa kitba jew installazzjoni awdjo, li se takkumpanja r-ritratti. Dan ix-xogħol se jkun qed jagħti idea ġenerali tat-tradizzjonijiet u l-użanzi kuntrarju għall-istejjer personali, il-gosti u l-inklinazzjonijiet, kif ukoll ir-rifless tal-ħajja kwotidjana tan-nies tal-lokal.

 


Dwar l-Artista

Katarina Radovic twieldet Belgrade, is-Serbja. Hija studjat l-Istorja tal-Arti ġewwa l-Università ta’ Sussex, Brighton, ġewwa r-Renju Unit fid-disgħinijiet, minn fejn kisbet baċċellerat fil-fotografija mill-Akkademja tal-Arti ‘BK’ ta’ Belgrade, is-Serbja, fl-2006. Bħala artista freelance hija pparteċipat f’numru ta’ esebizzjonijiet solo u kollettivi f’festival is-Serbja, il-Kroazja, is-Slovenja, l-Awstrija, ir-Repubblika Ċeka, il-Litwanja, Spanja, Franza, l-Eġittu, il-Ġappun, is-Senegal u l-Istati Uniti tal-Amerka fost oħrajn. Fl-2007, ġewwa Vjenna, hija bbenefikat mill-fond Kultur Kontakt Artist-in-Residence, u fl-2009 rċeviet assistenza finanzjarja mingħand il-Fondazzjoni Kulturali Ewropea għat-twettiq b’suċċess tal-proġett Until Death Do Us Part.

Ix-xogħol fotografiku tagħha jikkonsisti minn riċerki uniċi fl-oqsma tal-identità, preżentazzjoni (awto), relazzjonijiet umani u komunikazzjoni, kif ukoll differenzi kulturali, f’ħafna mid-drabi mlaqqgħin mat-teatru, l-ironija, u l-umoriżmu. Hija interessata wkoll fid-disinn, fil-pubblikazzjoni, fit-traduzzjoni, u fix-xogħol kuratorjali.

Għal iżjed informazzjoni:  https://katarinaradovic.jimdo.com/