Artist in Residence 2019: Diana Greene

Diana Greene Malta Art Piece

Diana Greene (USA)

Artista f’Residenza, Ottobru 2019

 


Dwar il-Proġett

Traces of Myself

Traces of Myself huwa workshop tal-fotografija għaż-żgħażagħ li jistaqsi l-mistoqsija: fejn noqgħodu jinfluwenza dak li nsiru? Artisti żgħażagħ se jiġu mgħallma mill-fotografa rebbieħa ta’ diversi premji u l-għalliema Diana Greene (Stati Uniti) biex joħolqu awtokwadri li jinkorporaw il-pajsaġġ u s-simboli tiegħu biex joħolqu ritratt b’espożizzjoni doppja. L-istudenti se jinkorporaw flimkien l-awtokwadru tagħhom u r-ritratt tal-pajsaġġ bl-użu ta’ teknoloġija diġitali li tippermetti lill-artisti joħolqu immaġni li fihom tifsira, metafora u misteru. L-għodda tal-litteriżmu viżwali–il-kompożizzjoni, l-iffrejmjar, id-dawl, il-ħin–jipprovdu l-bażi biex artisti żgħażagħ li qed ifittxu li jwessgħu l-lingwa fotografika tagħhom f’dinja fejn 1.8 biljun ritratt jittellgħu kuljum.

 


Dwar l-Artista

Diana Greene hija artista multimedjali bbażata f’North Carolina, l-Istati Uniti. Ir-ritratti u l-films tagħha jesploraw id-dinja tal-arti fina u d-dokumentarju. Temmen li l-kamera hija mod kif wieħed joħloq rabta ċara mal-komunitajiet u mal-pajsaġġ personali ġewwieni. Ir-ritratti rebbieħa tal-premju tagħha ġew esibiti b’mod estensiv, l-aktar reċenti f’Barċellona, Berlin u f’The Center for Fine Art Photography f’Ft.Collins, Colorado. Għal 20 sena, ħadmet bħala artista f’residenza, u għallmet mijiet ta’ studenti tal-iskejjel pubbliċi dwar il-qawwa tal-immaġinazzjoni biex tinħoloq tifsira f’dinja kumplessa ta’ kliem, ritratti u vidjows.

Il-kurrikulu ta’ Diana għat-tagħlim tal-kitba, fotografija u films għaż-żgħażagħ tintuża fi klassijiet lokalment u globalment. Fl-2012-13, kienet artista mistiedna fil-Weatherspoon Art Museum, u kkollaborat fuq residenza ta’ tagħlim ta’ sena f’The Newcomers School, li teduka immigranti li jkunu għadhom kemm waslu, ħafna minnhom refuġjati politiċi. Fl-2017 u l-2018, Diana ngħatat għotja tal-Pulitzer Center, u b’kollaborazzjoni ma’ studenti tal-ġurnaliżmu ta’ skola post sekondarja, ipproduċiet id-dokumentarji Weaving Connections u Placing Identity.

Biex titgħallem aktar dwar ix-xogħol ta’ Diana, żur www.dianagreene.com

Ritratt: Diana Greene