Artist in Residence 2019: April Philips

A-phillips-zibeg-image-with-text-72

April Philips (AU, SCO)

Artista f’Residenza, Novembru 2019

 


Dwar il-Proġett

Niftakru l-Logħob / Remembering Play
Niftakru l-Logħob / Remembering Play huwa msejjes fuq il-qawmien kulturali taż-Żibeġ, logħba li tintlagħab mill-bniet biż-żibeġ tal-ħġieġ. Din ir-residenza se taħdem mill-qrib mal-komunitajiet Maltin u Għawdxin, u se tkun iggwidata mill-memorja ħajja u l-istejjer bil-fomm. April se tiffaċilita serje ta’ workshops għal parteċipanti żgħażagħ biex jagħtu risposta kreattiva fil-qasam tal-wirt kulturali permezz ta’ illustrazzjonijiet, komiks u logħob. Il-ġenerazzjoni li jmiss hija mistiedna tagħti informazzjoni dwar l-evoluzzjoni taż-Żibeġ, permezz ta’ sessjonijiet  fejn jinħoloq logħob ġdid b’kollaborazzjoni mal-anzjani.

April qattgħet żmien f’Għawdex fl-2017 fl-iskola tas-sajf Off The Beaten Track, programm Antropoloġiku li jappoġġja r-riċerka applikata immersiva. Din ir-residenza tibni fuq ir-relazzjonijiet eżistenti u r-riċerka tal-bidu ta’ April, u tfittex li tikkondividi sejbiet, tkattar djalogu għall-konsultazzjoni u tiċċelebra l-logħba tradizzjonali taż-Żibeġ. Ir-riżultati kreattivi tar-residenza se jkunu disponibbli f’ŻiguŻajg, il-festival Internazzjonali Malti għat-tfal annwali.

 


Dwar l-Artista

April Phillips hija illustratriċi Wiradjuri-Skoċċiża, riċerkatriċi u edukatriċi tal-arti bbażata fil-kosta tal-Punent tal-Awstralja. April, permezz tax-xogħol tagħha bħala prattikanta indipendenti u speċjalista fl-udjenzi, tivvjaġġa f’diversi postijiet biex taħdem ma’ żgħażagħ b’kollaborazzjoni ma’ istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet tal-arti nazzjonali. April qed taħdem biex tiżviluppa modi ġodda ta’ rakkuntar tal-istejjer viżivi u d-disinn tal-karattri fil-forma ta’ komiks biex twassal messaġġi ewlenin b’rabta mal-modi ta’ edukazzjoni u tagħlim.