Artists’ Residency

AIR 2019-2020

Il-Fondazzjoni Kreattività ta’ spiss tistieden persuni kreattivi minn kull qasam biex japplikaw għal programm ta’ artisti f’residenza immersiv u bbażat fuq il-komunità. Dawn ir-residenzi huma bbażati fuq kuntest ta’ xena kreattiva dejjem tikber f’Malta, b’konformità mal-missjoni tal-Fondazzjoni Kreattività li tkun katalist għall-espressjoni kontemporanja, legat ta’ Valletta 2018 Kapitali Ewropea tal-Kultura u l-Istrateġija 2020 tal-Kunsill Malti għall-Arti.

Il-programm ta’ residenza għandu l-għan li jsaħħaħ id-diversità kulturali fix-xena kreattiva nazzjonali billi jinkoraġġixxi laqgħat u skambji bejn artisti, kollaboraturi kreattivi u komunitajiet internazzjonali u Maltin f’ambjenti fiżiċi u virtwali. Il-qafas tar-residenzi jipprovdi ż-żmien għar-riċerka u l-iżvilupp kif ukoll opportunitajiet ta’ involviment mal-komunitajiet fil-preżentazzjoni tax-xogħol.

Our Artists in Residence, 2019

  • Fondazzjoni Kreattivitá toffri dawn l-opportunitajiet għal residenzi fil-gżejjer Maltin.

    Ir-Residenza tal-Artisti ta’ Spazju Kreattiv f’Għawdex
    Tul:
    3 – 4 ġimgħat
    Post: Għawdex
    Proġetti bbażati Għawdex, il-gżira rurali oħt ta’ Malta, huma inkoraġġiti sabiex jinteraġixxu mal-komunitajiet tagħha li jaħdmu qrib sew ta’ xulxin, ix-xenarju rurali, marittimu, u tal-ħsejjes, sabiex tkun żviluppata esplorazzjoni kontemporanja tad-diversità kulturali li teżisti hemmhekk.

    Ir-residenza tal-Artisti ta’ Spazju Kreattiv f’Malta
    Tul
    : 3 – 4 ġimgħat
    Post: Malta
    Residenzi bbażati Malta għandhom l-objettiv primarju li jinteraġixxu ma’ gruppi ta’ minoritajiet imferrxin mal-gżira, filwaqt illi joħolqu mezz għall-interazzjoni soċjali permezz tal-espressjoni artistika. Inizjattivi bħal dawn jittantaw iservu ta’ opportunità għal individwi kreattivi sabiex jikkollaboraw ma’ komunitajiet speċifiċi, fil-proċess jirriċerkaw u jiżviluppaw rabtiet bejn tradizzjonijiet li ilhom, użanzi soċjali, u prattiki kreattivi kontemporanji.

    MalTeen: Residenza b’konċentrazzjoni fuq iż-żgħażagħ
    Tul
    : 2 – 3 ġimgħat
    Post: Malta
    Ir-residenza MalTeen hija opportunità għal żgħażagħ Maltin ta’ bejn it-13 u s-17-il sena sabiex jipparteċipaw fi proġett qasir ma’ individwi kreattivi li huma sensittivi għall-ħidma maż-żgħażagħ. MalTeen huwa programm artistiku li jtul sena mmirat lejn il-parteċipazzjoni attiva taż-żgħażagħ u l-inkoraġġiment tagħhom bi produzzjoni b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Żgħażagħ, l-Organizzazzjoni Nazzjonali taż-Żgħażagħ.

  • X’għandek tikkonsidra

    L-applikazzjonijiet se jiġu kkonsidrati f’rilevanza għall-viżjonijiet strateġiċi ġenerali ta’ Spazju Kreattiv u Fondazzjoni Kreattività (ara hawn taħt). Se tingħata prijorità lil dawk l-applikanti li:

    • Jikkollaboraw direttament u b’mod attiv mal-komunitajiet u l-kulturi lokali;
    • Huma lesti li jinteraġixxu b’mod produttiv ma’ individwi u/jew organizzazzjonijiet Maltin;
    • Jaħdmu f’kuntest li jirrelata direttament mal-programm/i ta’ Fondazzjoni Kreattività;
    • Jippreżentaw forom kreattivi li f’Malta u f’Għawdex għadhom qegħdin jispuntaw jew għadhom mhumiex irrappreżentati kif suppost.

    X’se jkun ipprovdut lilek

    Fondazzjoni Kreattività se tkun qiegħda tipprovdi l-akkomodazzjoni, allowance fuq il-proġett, trasferimenti tal-ajruportflimkien ma’ assistenza professjonali fil-koordinazzjoni u l-iżvilupp tal-inizjattiva. L-ispiża tal-vjaġġ tibqa’ r-responsabbiltà tal-applikanti magħżula u t-titjiriet jeħtieġu jkunu riservati wara li tkun saret konsultazzjoni ma’ Fondazzjoni Kreattività.

    Is-sejħa għall-applikazzjonijiet: MAGĦLUQA

    L-applikazzjonijiet għall-programm tal-2018/19 mhumiex qegħdin jiġu aċċettati iżjed. Jekk jogħġbok erġa’ ċċekkja fl-2019 sabiex tapplika għall-programm 2019/20. 

     

    Iżjed Informazzjoni

    Il-Viżjoni ta’ Spazju Kreattiv 
    Ir-Residenzi passati t’Għawdex
    ŻiguŻajg Il-Festival Internazzjonali tal-Arti għat-Tfal u għaż-Żgħażagħ
    Id-dikjarazzjoni tal-missjoni ta’ Fondazzjoni Valletta 2018 
    L-Istrateġija tal-Kunsill Malti għall-Arti 2020