Artists’ Residency 2022 Call

Spazju Kreattiv qed jistieden kreattivi minn oqsma differenti biex japplikaw għal programm immersiv u bbażat fil-komunità għas-sejħa għar-residenza tal-artisti għall-2022. It-tul jista’ jvarja minn tliet (3) sa erba’ (4) ġimgħat għal proġetti ta’ residenza li jseħħu bejn Jannar – Diċembru 2022.

Dawn ir-residenzi huma bbażati fil-kuntest tal-viżjoni strateġika tagħna u x-xena kreattiva kulturali dejjem tikber f’Malta. Il-programm huwa żviluppat f’konformità mal-mandat ta’ Spazju Kreattiv li jkun katalist ta’ espressjoni kontemporanja, wirt fl-istrateġija tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura fil-Belt Valletta 2018, f’Malta. 

F’qafas bħal dan, il-programm ta’ residenza tagħna għandu l-għan li jarrikkixxi d-diversità kulturali fix-xena kreattiva nazzjonali billi jinkoraġġixxi laqgħat u skambji bejn artisti internazzjonali u Maltin, il-kollaboraturi kreattivi u l-komunitajiet kif ukoll l-ambjenti fiżiċi u virtwali. Il-qafas tar-residenza se jipprovdi l-ħin għar-riċerka u l-iżvilupp kif ukoll opportunitajiet biex jimpenjaw ruħhom mal-komunitajiet fil-preżentazzjoni tax-xogħol.

Dawk interessati japplikaw għal din is-sejħa jistgħu japplikaw għal dawn il-fergħat li ġejjin:


1. Residenza tal-Artisti ma’ Spazju Kreattiv f’Malta b’kollaborazzjoni mal-Valletta Design Cluster

Tul tar-Residenza: 3-4 ġimgħat

Post tar-Residenza: Il-Belt Valletta, Malta

Numru ta’ Residenzi: 3 (minimu)

Spazju Kreattiv b’kollaborazzjoni mal-Valletta Design Cluster, qed ifittex proposti għal residenzi fi spazju komunitarju għal prattika kulturali u kreattiva li jinsab fil-bini rinnovat tal-Biċċerija, fil-Belt. Il-Valletta Design Cluster jifforma parti mill-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta, organizzazzjoni legata mill-Kapitali Ewropea tal-Kultura fil-Belt Valletta, Malta fl-2018. Ir-residenzi, li huma bbażati fil-Belt Valletta, huma prinċipalment immirati lejn artisti u kreattivi mill-Global South / Euromed / Pajjiżi MENA. Preferenza tingħata lil applikazzjonijiet li jittrattaw bidliet soċjali, demografiċi u kulturali f’żoni ta’ wirt urban li jkunu għaddejjin minn trasformazzjoni urbana mgħaġġla.

Dawn ir-residenzi se jfittxu li jipprovdu opportunitajiet lill-artisti fir-residenza biex jikkollaboraw ma’ komunitajiet lokali speċifiċi li għandhom interess kondiviż fit-tradizzjonijiet li ilhom jeżistu, xejriet soċjali u prattiki kreattivi kontemporanji, inkluż impenn mal-kultura materjali, l-ispazju urban, u prattiċi tal-post. Artisti / kreattivi se jkollhom l-opportunità li jużaw il-faċilitajiet tal-Valletta Design Cluster, inkluż tagħmir ta’ fabbrikazzjoni diġitali, faċilitajiet ta’ kooperazzjoni, kmamar tal-laqgħat / workshops, spazju tal-ikel, u żoni pubbliċi inkluż il-ġnien tas-saqaf tagħha.

Kull residenza tista’ takkomoda sa erba’ (4) artisti / prattikanti kollaboraturi, iċċentrati madwar proġett / tema ewlenija identifikata b’mod ċar. Fejn l-applikant huwa iktar minn artist / prattikant wieħed, jeħtieġ li tiġi pprovduta ġustifikazzjoni li turi kif it-tema identifikata se tkun indirizzata b’mod multidixxiplinarju multi-perspettiva.


2. Residenza tal-Artisti ma’ Spazju Kreattiv f’Għawdex

Tul tar-Residenza: 3-4 ġimgħat

Post tar-Residenza: Għawdex

Numru ta’ Residenzi: 2

Dawk il-proġetti ta’ residenza li jsiru f’Għawdex, għandhom jiġu żviluppati fi ħdan komunità mill-qrib, u huma maħsuba biex jimmassimizzaw l-immersjoni kulturali fil-gżira u l-komunitajiet tagħha. Proġetti magħżula għandhom iqisu t-tradizzjonijiet u l-fora soċjali tal-gżira, u fil-proċess jesploraw opportunitajiet għal skoperti kulturali u kreattivi.

Kull residenza tista’ takkomoda sa żewġ (2) artisti / prattikanti kollaboraturi, iċċentrati madwar proġett / tema ewlenija identifikata b’mod ċar. F’każijiet fejn il-proposta tinkludi aktar minn artist / prattikant wieħed, jeħtieġ li tiġi pprovduta ġustifikazzjoni li turi kif it-tema identifikata se tkun indirizzata b’mod multidixxiplinarju multi-perspettiva.


Prijoritajiet tal-Programm ta’ Residenza tal-Artisti

L-applikazzjonijiet se jiġu kkunsidrati b’rabta mal-viżjoni strateġika ġenerali ta’ Spazju Kreattiv fejn hija iċċentrata fuq l-Eċċellenza Artistika, il-Ħidma fil-Komunità u l-Internazzjonalizzazzjoni, madankollu tingħata prijorità lil dawk l-applikanti li jfittxu li;

  1. jikkollaboraw b’mod dirett u attiv mal-komunitajiet u l-kulturi lokali;
  2. lesti li jinteraġixxu / jagħmlu netwerk produttiv ma’ kreattivi u / jew organizzazzjonijiet Maltin;
  3. jaħdmu f’kuntest li jirrelata direttament mal-programm/i elenkat/i ta’ Spazju Kreattiv;
  4. jippreżentaw forom kreattivi li bħalissa qed jitfaċċaw jew mhumiex rappreżentati biżżejjed f’Malta u Għawdex.

Kundizzjonijiet

Spazju Kreattiv se jipprovdi lil dawk magħżula:

  • Akkomodazzjoni (il-lokazzjoni tiġi ddeterminata fi stadju aktar tard);
  • Trasferimenti mill-ajruport;
  • Sussistenza ta’ kuljum;
  • Allowance għall-proġett;
  • Assistenza professjonali fil-koordinazzjoni u l-iżvilupp tal-inizjattiva.

L-ispejjeż tat-titjira lejn Malta u lura huma responsabbiltà tal-applikanti magħżula u għandhom jiġu bbukjati wara konsultazzjoni ma’ Spazju Kreattiv.


Dati Importanti

Is-sejħa tiftaħ: it-Tlieta 6 ta’ April, 2021

Is-sejħa tagħlaq: it-Tlieta 11 ta’ Mejju 2021

Deċiżjonijiet ikkomunikati sat-Tlieta 8 ta’ Ġunju 2021

Iktar informazzjoni:

Viżjoni Strateġika ta’ Spazju Kreattiv: : https://www.kreattivita.org/en/call/#strategic-vision

Qafas tal-Programm ta’ Residenza tal-Artisti u residenzi tal-passat:

https://www.kreattivita.org/en/artists-residency/

Valletta Design Cluster: https://www.vca.gov.mt/en/valletta-design-cluster

Il-Kunsill Malti għall-Arti: https://www.artscouncilmalta.org/

Slide