X’inhi l-viżjoni strateġika għas-snin li ġejjin?

 Hemm tliet punti sempliċi li wieħed għandu jżomm f’moħħu – Identità, Diversità u Eredità.

Ejja nżidu ftit fuq dawn:

Viżjoni

Identità

Il-kreattività, l-arti u l-kultura huma kunċetti differenti imma relatati ma’ xulxin. Aħna min aħna bħala komunità kreattiva jiddependi fuq ftehim ċar ta-differenzi u l-affarijiet komuni bejn dawn it-tliet kunċetti.

Proposti li jagħtu prinċipju lill-kreattività se jingħataw aktar importanza minn oħrajn li ma jurux dan b’mod daqshekk ċar.

Diversità

L-iSpazju Kreattiv għandu l-għan li jippreżenta xogħol innovattiv, u jinkoraġġixxi l-kreattività iktar minn kull aspett artistiku ieħor. Fl-istess waqt, bħalma jgħid il-Mission Statement tal-Fondazzjoni Kreattività: aħna nfittxu li naħdmu ‘sabiex inkunu katalisti għall-ħiliet kreattivi tal-Maltin biex dawn jitqanqlu u jiffjorixxu, u sabiex tagħmel l-arti u l-kultura, kif ukoll l-attivitajiet l-oħra kollha relatati magħhom, dejjem aktar aċċessibli għal kulħadd, inklużi tfal u żgħażagħ u dawk kulturalment u soċjalment żvantaġġjati’.

Proposti li jinvolvu udjenzi ġodda bħala pateċipanti attivi u/jew formats ta’ xogħlijiet sottorappreżentati huma għalhekk, meqjusa f’konformità mal-aspett tal-viżjoni strateġika ta’ Spazju Kreattiv.

Eredità

Li nkunu nafu minn fejn bdejna u x’qed inħallu warajna huma kwalitajiet essenzjali bħala parti mill-aspetti tal-eredità. Filwaqt li nkunu konxji tal-wirt u ta’ kif dan il-wirt jaffettwa x-xogħlijiet il-ġodda, huwa neċċessarju wkoll li xogħlijiet preżentati fl-iSpazju Kreattiv ikun juri x’ħa jkun qed jitħalla warajna. Dan kollu se jipprovdi opportunità biex ġenerazzjonijiet futuri japprezzaw l-isforzi kreattivi li jkunu saru fi żmienna.

Tixtieq tifhem aħjar?

Aħna ċerti li bħala nies kreattivi, jista’ jkun li għandkom xi ftit (jew ħafna) mistoqsijiet. Kemm jekk dawn il-mistoqsijiet huma kunċettwali jew loġisitiċi, tista’ tikkunsidra li tistaqsihom waqt il-one-to-one workshops ta’ informazzjoni li se jkunu provduti f’dati speċifiċi meta s-sejħa għall-proposti tkun miftuħa. Dawn is-sessjonijiet jissejħu IKKREA, ppreżentati fi Studjow A ġewwa l-Kavallier ta’ San Ġakbu, fil-Belt-Valletta.

Tista’ wkoll issegwi dak li intqal waqt is-serje ta’ diskussjonijiet pubbliċi ta’ IDE@ li saru matul is-sena li għaddiet ġewwa l-Kavallier ta’ San Ġakbu, fuq idea tad-direttur artistiku Dr Toni Sant, li kien għadu kif laħaq direttur artistiku.