Proġetti Komunitarji

Fondazzjoni Kreattività nediet proġett komunitarju għar-residenti tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Permezz ta’ din l-inizjattiva, ħames residenti li pparteċipaw f’dawn il-proġett resqu għall-eżami tal-Arti (Edexcel), u kisbu din il-kwalifika. Dan il-proġett rebaħ il-Premju tal-President Għall-Kreattività.
 

2011/2012: Expressing Yourself Through Art

Bil-prattika taqla’; hemm id-dħul, mhux it-telf! M’għandekx għal xiex taqta’ qalbek!” – Jean Paul, resident tal-Y.O.U.R.S.

Mill-esperjenzi, l-kliem u l-ideat għall-istampi. Agħfas hawn biex taqra aktar dwar l-ewwel proġett komunitarju mħejji għar-residenti tal-Young Offenders Unit Rehabilitation Services, magħruf bħala Y.O.U.R.S. – proġett li rebaħ il-Premju tal-President Għall-Kreattività u li ġie mtella’ bl-appoġġ ta’ Fondazzjoni Kreattività fl-2011.


2012/2013:
Hop-On Hop-Off ARTventure

Fit-tieni proġett ta’ din l-inizjattiva komunitarja li bdiet fl-2011, tletin individwu mill-Y.O.U.R.S. impenjaw ruħhom fis-sengħa tal-istampar, permezz ta’ esplorazzjoni ta’ tekniki differenti f’sessjonijiet tal-arti, kif ukoll permezz ta’ żjarat kulturali u edukattivi, fejn l-għan prinċipali kien li dawn il-postijiet storiċi jitqiesu bħala mezzi importanti ta’ espressjoni marbuta mal-identità kulturali tagħna, espressjoni li hija relevanti anke fis-seklu wieħed u għoxrin.

Agħfas hawn biex tkompli taqra dwar dan il-proġett li żvolġa bejn l-2012 u l-2013 u li laħaq il-milja tiegħu f’wirja artistika bl-isem: ŻVELJARIN BLA ĦIN. Dan il-proġett ġie appoġġjat mill-Premju tal-President Għall-Kreattività u Fondazzjoni Kreattività, b’kollaborazzjoni mal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.


2013/2014:
Pass the Parcel

“Li tpinġi mill-ħajja twassal biex titgħallem dwar il-ħajja.” Robert Crums, Artist

Dan il-proġett esperimentali introduċa l-kunċett tas-suċċess fost il-parteċipanti mill-Y.O.U.R.S. u xi wħud min-nisa mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, irrispettivament l-età u s-sess tal-individwi. Matul dik is-sena, il-parteċipanti iddokumentaw bosta mumenti u esperjenzi li ħarġu mill-proġett, u li mbagħad qasmu bejniethom f’ambjent ta’ tagħlim, lejn kreazzjoni ta’ xogħol artistiku li ġie mtella’ ġewwa l-Kavallier ta’ San Ġakbu f’wirja kollettiva bl-isem ta’ PAĠNI. Dan il-proġett ġie appoġġjat mill-Premju tal-President Għall-Kreattività u Fondazzjoni Kreattività, b’kollaborazzjoni mal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Agħfas hawn biex taqra aktar dwar dan il-proġett!
 

2014/2015: The Mystery of the Ordinary

“L-arti tiegħi hija t-terapija tiegħi, u għenitni nfiq, kemm minn ġewwa u kemm minn barra.” – Reżident tal-F.K.K. (Faċilità Korrettiva ta’ Kordin)

Matul din-sena, l-arti ġiet meqjusa bħala parti essenzjali mill-esperjenza umana, u fejn id-diversi aspetti tan-natura misterjuża f’dak li hu ordinarju ġew żvelati. Agħfas hawn għall-aktar informazzjoni dwar dan il-proġett komunitarju, kif ukoll dwar TRAĠITT – il-wirja pubblika li, pass wara l-ieħor, provdiet rendikont tal-vjaġġ li daħlu għalih ir-residenti mis-settur tal-Y.O.U.R.S, kif ukoll xi wħud min-nisa mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin bejn l-2014 u l-2015.

 
2015/2016: Explore-Develop-Create