Din it-taqsima tipprovdi lil dawk il-klijenti eleġibbli dettalji neċessarji dwar kif għandhom jiksbu l-informazzjoni li jkollhom bżonn minn Fondazzjoni Kreattività (Spazju Kreattiv, ŻiguŻajgVIVA), skont l-Att tal-Libertà tal-Informazzjoni.

Agħfas hawn għal iżjed dettalji.

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-infrastruttura tal-Fondazzjoni Kreattività jekk jogħġbok agħfas hawn.

Dokumenti u manwali fil-pussess tal-Fondazzjoni Kreattività
– Ftehimiet ma’ fornituri matul il-proċediment normali tan-negozju
– Ftehimiet ma’ konsumaturi għal servizzi mogħtijin mill-Entità
– Fajls relatati mal-akkwist
– Ftehimiet ma’ artisti sabiex jipproduċu kunċerti orkestrali jew prestazzjonijiet
– Dokumenti finanzjajri, inklużi kontijiet awditjati relatati mal-attività tal-Entità
– Dokumenti relatati mal-proċeduri interni bħall-politika tar-reklutaġġ
– Fajls personali tal-impjegati
– L-aġendi u l-minuti tal-laqgħat
– Manwal ta’ ftehim kollettiv

Dettalji tal-proċedura interna tal-ilmenti
Applikant li t-talba tiegħu għall-informazzjoni tiġi rrifjutata, jew li mhuwiex sodisfatt bl-informazzjoni pprovduta, bil-format tagħha jew bl-estensjoni tad-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni tan-notifika li tindika jekk it-talba hix se tintlaqa’ jew le, jista’ jindirizza l-ilment tiegħu lil fondazzjoni@kreattivita.org

L-ilmenti jistgħu jiġu sottomessi permezz tal-E-ID, bil-posta jew indirizzati liċ-Ċentru għall-Kreattività tal-Kavallier ta’ San Ġakbu, il-Belt Valletta, VLT1060. Formoli manwali jistgħu jinkisbu mis-sit tal-Ministeru jew miġburin mill-uffiċini fl-indirizz indikat hawn fuq.

L-ilment għandu jkun indirizzat lill-uffiċjal FOI tal-Awtorità Pubblika, li għandu jressaq l-ilment quddiem l-uffiċjal responsabbli. Dan tal-aħħar għandu jwieġeb lill-applikant fi żmien għaxart ijiem mid-data li fiha jirċievi l-ilment. L-applikant għandu jiġi informat dwar il-possibilità li jappella d-deċiżjoni jew iressaq ilment lill-Kummissarju tal-Informazzjoni u tal-Protezzjoni tad-Data bi qbil mal-Att tal-Libertà tal-Informazzjoni (Kap. 496 tal-Liġijiet ta’ Malta).

L-uffiċjal responsabbli għandu jinforma lill-applikant dwar id-deċiżjoni li tkun ittieħdet dwar l-ilment tiegħu, u f’każ li tittieħed deċiżjoni li dwarha ma għandhiex tkun żvelata l-informazzjoni relevanti, huwa għandu jingħata r-raġunijiet għal dan.

Kull meta l-ilment tal-applikant ikun relatat mal-format tal-informazzjoni pprovduta, jew mal-estensjoni tad-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni tan-notifika li tindika jekk talba hijiex se tintlaqa’ jew le mill-Awtorità Pubblika u d-deċiżjoni oriġinali tibqa’ ma tinbidilx, l-applikant għandu jingħata spjegazzjoni għaliex l-ilment tiegħu ma jistax jiġi indirizzat pożittivament.

Applikant jista’ jirrikorri għall-Proċedura Interna tal-Ilmenti sabiex jirrapporta dati ta’ skadenza mhux osservati u notifiki mhux mibgħuta. F’każijiet fejn it-talba għall-informazzjoni tista’ tiġi milħuqa, iżda ma ġietx milħuqa skont il-perijodi stabbiliti mill-Att, l-uffiċjal responsabbli għandu jipposponi kwalunkwe multi għas-sottomissjoni tal-informazzjoni.

Kuntatti:
E-mail: fondazzjoni@kreattivita.org
Indirizz: Fondazzjoni Kreattività, Il-Kavallier ta’ San Ġakbu, Pjazza Kastilja, VLT 1060, Valletta, Malta
Tel: 21223200