Il-Proġetti tal-Fondazzjoni Kreattività

Proġetti


Spazju Kreattiv, iċ-Ċentru nazzjonali għall-Kreattività, infetaħ fis-sena 2000 u huwa l-bażi ta’ xogħol ewlieni tal-Fondazzjoni Kreattività.

Wara l-ħatra tad-direttur artistiku kurrenti, Dr Toni Sant, il-viżjoni strateġika ġdida ġiet imnedija fl-2014 bbażata fuq tliet prinċipji; l-Identità, id-Diversità u l-Eredità. Il-programm ta’ kull sena jimmira li jirrifletti dawn il-prinċipji permezz tal-proġetti varji li jkunu qed jittelgħu kemm ġewwa kif ukoll barra mill-Kavallier ta’ San Ġakbu.

Il-programm attwali jista’ jinstab hawn

Biex tiskopri kif tista’ tkun parti mill-programm, agħfas hawn

Żigużajg   

Issa fil-ħames sena konsekuttiva, Żigużajg huwa Festival Internazzjonali tal-Arti, li jsir kull sena, għat-tfal u għaż-żgħażagħ u li għandu għajnejh fuq il-pożizzjonament tal-arti kreattiva għat-tfal u għaż-żgħażaġħ fil-qalba tal-ekoloġija krettiva ta’ Malta.   

Żigużajg huwa vetrina ta’ kull tip, interattiva u li tattira l-attenzjoni ta’ dak li jkun, fejn bosta atti professjonali, prestazzjonijiet u attivitajiet jingħaqdu fi programm wieħed artistiku li jkun aċċessibli, inklussiv, u mimli kulur.

Fi kliem ieħor, meta l-aħħar qanpiena ddoq u tkun spiċċat il-ġurnata tal-iskola, hemm biss triq waħda x’tieħu, li hi miftuħa b’mod speċjali għat-tfal u għaż-żgħażagħ matul it-tielet ġimgħa tax-xahar ta’ Novembru –
u din it-triq hija waħda dritta għall-festival Żigużajg.

Bħalissa għandna sejħa miftuħa għal Direttur ġdid tal-Festival ta’ Żigużajg. Forsi din tapplika għalik! Għal aktar informazzjoni dwar is-sejħa, agħfas hawn.

Proġetti
Proġetti

VIVA

Il-Valletta International Visual Arts Festival (VIVA) huwa festival tal-arti viżiva ibbażat ġewwa l-Belt Valletta, li ġie mniedi fl-2014 u għandu l-għan li jservi bħala pjattaforma ġdida għal prattikanti tal-arti viżwali kemm Maltin kif ukoll minn madwar id-dinja.

Barra minn hekk, wieħed mill-għanjiet prinċipali tiegħu huwa li jipprovdi gwida professjonali u edukazzjoni dwar is-settur tal-arti viżwali. Dan permezz tat-tant antiċipata Curatorial School, immexxijja minn diversi kuraturi, lecturers, u artisti  stmati barranin.  

Settembru ta’ din is-sena, VIVA se tkompli tibni fuq is-suċċess tat-tnedija li kellha s-sena l-oħra u partikolarment għandha l-għan li żżid il-kobor tax-xena kulturali lokali fil-kuntest internazzjonali. B’varjetà kbira ta’ artisti lokali u internazzjonali li jippreżentaw ix-xogħol reċenti tagħhom jew jikkollaboraw fi proġetti konġunti, VIVA qed toħloq xibka u esperjenza kollabrattiva li toħroġ ‘il bogħod mill-konfini kemm tal-festival kif ukoll tal-Belt Valletta. 

Artists in Residence

Il Programm tal-Artists in Residence huwa bbażat fuq il-kunċett ta’ immersjoni kulturali ġewwa l-belt kapitali ta’ Malta – belt bil-port li għandha xenarju tal-baħar, tal-art, soundscapes, kommunitajiet u li toffri possibilitajiet ta’ esplorazzjoni kontemporanja tas-saffi u s-sedimenti taż-żmien.    

Ir-residenzi jsiru biex isaħħu d-diversità kulturali fix-xenarju kreattiv nazzjonali, u biex jiżguraw li artisti li mhumiex ibbażati f’Malta, u allura huma eliġibbli li japplikaw, ikunu jistgħu jinteraġixxu b’mod produttiv ma’ nies kreattivi oħra li huma bbażati hawn Malta u l-ambjent lokali tagħhom, kemm jekk fiżiċi kif ukoll virtwali.

L-għan aħħari hu li jipprovdi opportunitajiet għal żvilupp personali u kollettiv, speċjalment f’dawk l-inħawi fejn l-espożizzjoni usa’ tat-tipi ta’ xogħol u espressjoni kreattiva għadhom ma ħallewx marka fuq il-poplu Malti.

Għalhekk dan il-proġett jaqbad it-triq lejn il-benefiċċju ta’ reċiproku għal dawk in-nies kreattivi li jżuru lil Malta kif ukoll għal dawk Maltin stess. Għalhekk, permezz tad-djalogu dwar l-istat ta’ tipi ta’ xogħlijiet speċifiċi fil-pajjiż, u dwar il-forom u l-udjenza sottorappreżentata f’dak li għandu x’jaqsam max-xogħol kreattiv, l-parteċipanti jkunu jistgħu jiżviluppaw l-ideat u l-ħiliet artistiċi tagħhom.

Aqra l-Policy Handbook dwar Artists’ Residencies – Open Method of Coordination (OMC) Working Group of EU Member States Experts on Artists’ Residencies għal aktar informazzjoni