Dwar il-Fondazzjoni Kreattività


Lura fis-sena 2000…

 

Avvenimenti nazzjonali jiġu f’ħafna forom differenti u rari jintesew, iżda ma jseħħux daqshekk ta’ sikwit. Għas-settur kreattiv lokali, dan it-tip ta’ avveniment intlaħaq fis-sena 2000, meta l-Gvern Malti nieda entità uffiċjali li tkun tista’ tħares numru ta’ prinċipji marbutin mad-dinja tal-kreattività.

Il-Fondazzjoni Kreattività kienet maħluqa f’Awwissu 2000, biex tieħu dan l-irwol u tkun tista’ tilħaq dan l-għan.

U dan kollu kellu jibda jseħħ minn ġewwa l-Kavallier ta’ San Ġakbu, fil-Belt Valletta.

 

u fejn ninsabu illum

Iċ-Ċermen preżenti ta’ Fondazzjoni Kreattività huwa is-Sur Rupert Cefai, b’bord magħmul ukoll mill-membri: 

Dr Georgina Portelli
Mr George Glanville
Mr Alex Vella Gregory
Mr Patrick Fenech
Mr Joe Vella
Mr Emanuel Spagnol
Dr Alex Saliba




L-Erba’ għanjiet prinċipali

‘Kull sitwazzjoni ġdida teħtieġ arkitettura ġdida’
Jean Nouvel

Taħdem sabiex tkun katalist għall-ħiliet kreattivi tal-Maltin biex dawn jitqanqlu u jiffjorixxu, u sabiex tagħmel l-arti u l-kultura, kif ukoll l-attivitajiet l-oħra kollha relatati magħhom, dejjem aktar aċċessibli għal kulħadd, inklużi tfal u żgħażagħ u dawk kulturalment u soċjalment żvantaġġjati.

 

Tipproteġi, tippreserva u tippromwovi l-patrimonju u t-tradizzjonijiet kulturali u artistiċi , u taħdem  sabiex tagħmel lil kulħadd dejjem aktar konxju ta’ dan il-patrimonju u dawn it-tradizzjonijiet bl-għan li  żżid u tkattar l-apprezzament tagħhom.

 

Tikkollabora ma’ individwi u ma’ organizzazzjonijiet oħra, kemm nazzjonali kif ukoll internazzjonali, sabiex jintlaħqu u jitwettqu għanjiet li jkunu komuni fl-espressjoni tal-arti u l-kultura.

 

Tikkontribwixxi fl-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiż, u li tippromwovi l-kreattività artistika bħala mezz ieħor ta’ divertiment, ta’ awtonomija u tisħiħ.