Loading Events
Find Events

Event Views Navigation

Upcoming Events › Film

Events List Navigation

STEAM @ Spazju Kreattiv

29 Settembru 2017 - 31 Mejju 2018

STEAM @ Spazju Kreattiv se jinkludi serje sħiħa ta’ attivitajiet li jinvolvu liċ-ċittadini fix-xjenza u fl-arti.

National Theatre: Peter Pan (Encores)

Novembru 4 - Novembru 19

Ibbażat fuq ir-rumanz maħbub ta’ JM Barrie, din il-verzjoni ġdida ta’ Peter Pan tirrakonta l-istorja tant magħrufa ta’ tifel żgħir li qatt ma’ jikber.

Mother! (2017)

Novembru 5 - Novembru 24

Ir-relazzjoni ta’ koppja tinqaleb ta’ taħt fuq meta viżitaturi mhux mistennija jżuru d-dar tagħhom u jfixklu l-eżistenza trankwilla tagħhom.

The Death of Stalin (2017)

Novembru 14 - Novembru 22

Ambjentata fl-Unjoni Sovjetika fl-1953, din il-kummiedja skura tittratta dwar il-kunflitt kaotiku għall-poter li sseħħ fost iċ-ċirku ta' ġewwa ta' Stalin wara mewtu.

The Black Pin

Novembru 23 @ 7:30 pm - 9:10 pm

Dun Peter inkwetat li l-univers qed ikun indifferenti, tant li Alla issa ma għadux jintervjeni.

To the Fore

Novembru 29 @ 7:30 pm - 9:35 pm

To the Fore huwa film sportiv drammatiku tal-2015 Ċiniż minn Hong-Kong li ġie miġbud fit-Taiwan, Ċina u f’pajjiżi oħra (inkluż il-Korea, il-Mongolja u l-Iżvizzera).

As Worlds Divide

Novembru 30 @ 7:30 pm - 9:00 pm

‘Ara film, salva kultura.’ (‘Watch a film, save a culture’). Din hija l-frażi li qed tintuża għal AS WORLDS DIVIDE, dokumentarju intimu li qed idur mad-dinja sabiex jirrakkonta l-istorja ftit magħrufa tal-kultura indiġena tal-Mentawai fl-Indoneżja.

Swagger (2016)

Diċembru 5 - Diċembru 29

Dan id-dokumentarju bi stil viżwali impressjonanti jsegwi l-ħajja, l-ħolm u l-ambizzjonijiet ta' ħdax-il adoloxxent li jgħixu f'wieħed mill-inħawi żvantaġġati ta' Franza.

Truman (2015)

Diċembru 6 @ 7:30 pm - 9:20 pm

Waqt li l-attur tat-teatru Julián (Ricardo Darín) qed jiġġieled kontra marda terminali flimkien mal-ħabib leali tiegħu, kelb imsejjaħ Truman, il-ħabib tat-tfulija tiegħu, Tomás (Javier Cámara) jitfaċċa f’daqqa waħda wara waqfa twila fil-Kanada, fejn jaħdem bħala għalliem.

A Life in Waves

Diċembru 9 @ 8:00 pm - 10:00 pm

Electronic Music Malta, il-Fondazzjoni għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Malta Sound Women Network jippreżentaw il-wirja ta’ ‘A Life in Waves’, dokumentarju li jesplora l-ħajja u l-innovazzjonijiet tal-kompożitriċi u pijuniera tal-mużika elettronika Suzanne Ciani.

ĊineXjenza

Diċembru 13

CineXjenza jimmira li joħloq dibattiti dwar is-suġġetti xjentifiċi li jinsabu fil-films u jiskopri jekk ideat bħal dawn humiex possibbli fil-ħajja reali u jekk teknoloġija bħal din tkunx disponibbli fil-futur qarib.

ĊineXjenza – A Beautiful Mind

Diċembru 13 @ 7:00 pm - 11:00 pm

Dan il-film jirrakonta l-istorja ta' John Forbes Nash, Jr., ġenju tal-matematika li jagħmel sejba importanit fil-karriera tiegħu li saħansitra twasslu biex jirċievi l-Premju Nobel.

+ Export Events