Loading Events

Upcoming Events › Bla Ħlas

Events Search and Views Navigation

Find Events

Event Views Navigation

Events Search

List of Events

Subterranean Matter

17 Awwissu - 23 Settembru

'Subterranean Matter', ta’ Leanne Wijnsma, hija esebizzjoni awdjoviżiva li tesplora l-akkwati ta’ taħt il-Belt Valletta u l-provinċja ta’ Friesland.

Wiki Loves Monuments in Malta 2018 Competition

1 Settembru - 30 Settembru

Il-konkors internazzjonali fotografiku, Wiki Loves Monuments, jimmira li jippromwovi u jaqsam għarfien dwar siti ta’ wirt dinji madwar id-dinja permezz ta’ proġetti Wikimedia. Din il-mikroesibizzjoni tippreżenta informazzjoni dwar entrati u rebbieħa preċedenti, u dwar il-konkors ta’ din is-sena.

NISĠA: Storja Kontemporanja

7 Settembru - 4 Novembru

Din l-esibizzjoni se tistinka biex tiddefinixxi l-memorja kulturali tal-arti Maltija tas-seklu 20 billi tgħaqqad l-esperjenza privata tal-individwu fi ħdan id-dominju kollettiv, hekk kif tfittex biex tiddefinixxi modi u mezzi dwar kif il-passat huwa ffurmat mill-preżenza tagħna.

Remembering the Future: Digital Arts in Malta 1989-2019

8 Settembru - 30 Settembru

Din l-esibizzjoni kkurata mill-Professur Vince Briffa (il-Kap tad-Dipartiment tal-Arti Diġitali fl-Università ta' Malta) u minn Dr Toni Sant (id-Direttur Artistiku ta' Spazju Kreattiv) tesplora arti diġitali maħluqa f'Malta matul dawn l-aħħar tletin sena.

Żanżan Kelma

19 Settembru @ 6:00 pm - 8:00 pm

Bħala attività anċillari għall-Jum Ewropew tal-Lingwi f'Malta - EDL 2018, l-Għaqda tal-Malti – Università, b’kollaborazzjoni mar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, se tkun qiegħda żżanżan kelma.. jew tnejn, hi u torganizza spelling bee bil-Malti għat-tieni sena konsekuttiva.

Fishers of Men

2 Ottubru @ 7:30 pm - 8:45 pm

Dan id-dokumentarju juża filmati minn djar tal-midja u ġurnalisti inkarigati għal tal-apposta sabiex janalizzaw l-istorja tal-MOAS u jagħtu interpretazzjoni reali u objettiva ta’ x’jirrikjedu fil-verità t-tiftix marittimu u l-operazzjonijiet tas-salvataġġ.

18 Comidas / 18 Meals

3 Ottubru @ 7:30 pm - 9:10 pm

Stejjer kollha jiltaqgħu fi "18 Meals" matul ġurnata waħda, film ta' emozzjonijiet li jseħħ waqt l-ikel, vjaġġ li jittratta sfida universali: it-tfittxija għall-hena.

Rima: to be [defined]

5 Ottubru - 4 Novembru

'to be ' huwa proġett organizzat minn Rima li jartikola żewġ kunċetti ewlenin dwar il-migrazzjoni u l-eżilju: fuq naħa waħda, id-definizzjoni u l-kostruzzjoni, u fuq l-oħra, id-dekostruzzjoni u r-reżistenza.

IKKREA

11 Ottubru @ 6:30 pm - 7:30 pm

Għandek proġett kreattiv f'moħħok li jaqa' taħt il-kriterji ta' Identità, Diversità, Eredità? Permezz ta' dawn is-sessjonijiet tista' tinforma ruħek aħjar dwar kif tista' tiżviluppa l-ideat tiegħek fi proġett li jista' eventwalment jifforma parti mill-programm ta' Spazju Kreattiv.

Vivir Es Facil Con Los Ojos Cerrados / Living Is Easy With Eyes Closed

7 Novembru @ 7:30 pm - 9:20 pm

Almería (Spanja), 1966: John Lennon qed isofri minn kriżi eżistenzjali, jiddeċiedi li se iniedi karriera ġdida fir-reċtar, u jitlaq mill-grupp The Beatles. Lennon jasal fl-Amerika biex jiġbed l-film tal-gwerra "How I Won the War". Antonio, għalliem Ingliż li jgħallem fi skola statali f'Albacete, jiddeċiedi li jivvjaġġa lejn l-Almeria bil-għan li jiltaqa' ma' John Lennon u jipproponi offerta mhux tas-soltu.

+ Export Events