Loading Events
Find Events

Event Views Navigation

Upcoming Events

Events List Navigation

Extant

Ġunju 9 - Awwissu 20

L-istudenti tal-MFA fl-Arti Diġitali ta' din is-sena (2017), wara li segwew programm ta' sentejn (2015-2017) studju mmexxi mill-prattika rispettiva ta’ kull wieħed minnhom, se jkunu qegħdin jesebixxu il-proġetti tat-teżi finali tagħhom ġewwa Spazju Kreattiv, il-Kavallier ta' San Ġakbu, il-belt Valletta.

Arbanġ

Ġunju 23 - Awwissu 13

Proġett ta' esplorazzjoni tal-pleomorfiżmu ta’ dak kollu li hu; investigazzjoni tal-konnessjonijiet bejn dak li jista’ jiġi osservat u dak li huwa mistur.

Sejħa għall-Provi: Valletta 18 – Storja ta’ Gżira (An Island Story)

Ġunju 27 - Lulju 31

Studio 18 b’kollaborazzjoni ma’ Valletta 2018 u l-Festival ŻiguŻajg qed ifittex biex jirrekluta 6 artisti żgħażagħ mill-etajiet ta’ 13-17-il sena għal proġett li se jkun parti mill-Programm Kulturali ta’ Valletta 2018.

American Valhalla (2017)

Lulju 14 - Lulju 29

Dan id-dokumentarju intimu jsegwi r-reġistrazzjoni tal-album ‘Post Pop Depression’ ta’ Iggy Pop u l-kollaborazzjoni stretta tiegħu ma mużiċist ieħor li huwa meqjus bħala Maverick, Joshua Homme ta’ Queens of the Stone Age.

Met Opera fiċ-Ċinema – Carmen (Encores fis-Sajf 2017)

Lulju 28 @ 7:00 pm - 10:20 pm

Dan is-Sajf, il-kapulavur ta Georges Bizet jerġgħa lura fl-Ispazju Kreattiv – u din l-istorja klassika ta' żingara li tgħix għall-mużika u l-passjoni għadha żżomm il-poter irreżistibbli li kellha fil-premiere originali tagħha fl-1875 sal-llum.

Met Opera 2016/2017 fiċ-Ċinema – Eugene Onegin

Lulju 30 @ 2:30 pm - 6:10 pm

Il-kuntest aritistiku li Tchaikovsky fassal għan-novella ikonika ta’ Pushkin, jasal fil-Met Opera, permezz tal-produzzjoni intriganti ta’ Deborah Warner.

Berlin Syndrome (2017)

Awwissu 3 - Awwissu 19

F'dan it-thriller psikoloġiku li ntlaqgħa b’akklamazzjoni, id-direttriċi Awstraljana Cate Shortland (Somersault, Lore) twettaq studju ta' żewġ karattri li huwa ambjentat fi spazju strett.

The Other Side of Hope (2017)

Awwissu 4 - Awwissu 20

Id-direttur rebbieħ Finlandiż Aki Kaurismäki (Lights in the Dusk, Le Havre) jerġa’ lura bil-film ġdid mfaħħar, The Other Side of Hope.

British Museum: Hokusai

Awwissu 5 - Awwissu 10

Il-British Museum jipprezenta titwila esklussiva lejn l-eżebizzjoni ġejjiena tagħhom, Hokusai: Beyond the Great Wave, fil-forma ta’ dokumentarju innovattiv.

IKKREA

Awwissu 17 @ 6:30 pm - 8:00 pm

Għandek proġett kreattiv f'moħħok li jaqa' taħt il-kriterji ta' Identità, Diversità, Eredità? Permezz ta' dawn is-sessjonijiet tista' tinforma ruħek aħjar dwar kif tista' tiżviluppa l-ideat tiegħek fi proġett li jista' eventwalment jifforma parti mill-programm ta' Spazju Kreattiv.

El Abuelo (The Grandfather, 1998)

Settembru 6 @ 7:30 pm - 9:50 pm

Meta l-aristokratiku Spanjol Don Rodrigo (Fernando Fernán Gómez), il-Konti ta’ Albrit, jitlef il-fortuna tiegħu wara għoxrin sena fl-Amerika, huwa jsib triqtu lura lejn propjeta’ mdawwra bi skandli u nfedelta’.

The Seasons in Quincy (2017)

Settembru 7 - Settembru 22

The Seasons in Quincy: Four Portraits of John Berger hija ġabra ta' erba’ films li jesploraw il-ħajja u x-xogħol ta' wieħed mill-aktar figuri nfluwenti ta’ żminijietna.

+ Export Events