Wirja ta’ He Ping – Persistence of Form

Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

Wirja ta’ He Ping – Persistence of Form

3 September 2016 @ 9:00 am - 12 October 2016 @ 9:00 pm

Arti – Astratt – Espressjoniżmu

Ftuħ: Is-Sibt 3 ta’ Settembru 2016
Għeluq: L-Erbgħa 12 t’Ottubru 2016
Post: Spazju A (Kavallier ta’ San Ġakbu)

Fil-wirja, Persistence of Form (il-Persistenza tal-Forma), l-artist He Ping, jinseġ xi wħud mill-elementi ikoniċi tal-kultura Ċiniża u jagħtihom dehra kontemporanja skont l-istil espressjonist tiegħu. Għalkemm l-arti ta’ Ping tista’ tinġabar taħt id-definizzjoni ġenerali tal-astratt, ix-xogħlijiet tiegħu huma xorta waħda marbuta man-natura, mal-ħajja u mal-bniedem, fis-sens li l-kwalitajiet intrinsiċi tagħhom huma mogħtija dimensjoni spiritwali, iżda tanġibbli, riflessa fil-forma esterjuri tagħhom. Ix-xogħlijiet ta’ Ping huma animati permezz tas-saħħa tal-kuntrast monokromatiku tal-linka sewda fuq tila bida.

Fuq livell estetiku, il-forom ta’ Ping ilissnu illużjoni ta’ figura mitlufa f’meditazzjoni profonda, iżda r-rappreżentazzjonijiet tiegħu, jew aħjar, is-simboliżmu ta’ dawn il-forom jikxfu dak li hu mistur għall-għajn: simboli li huma definiti permezz tax-xbihat familjari tal-kalligrafija Ċiniża.

Dettalji

Bidu:
3 September 2016 @ 9:00 am
Tmiem:
12 October 2016 @ 9:00 pm
Event Category:

Venue

Spazji
Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta
Numru:
356 21223200

Other

Cert Kull età
Creative Team He Ping
With the participation of Iċ-Ċentru Kulturali Ċiniż ta’ Malta, Art Discussion Group