Loading Events

« All Events

International Film Festival Rotterdam (IFFR)

Jannar 26 - Jannar 28

| Bla Ħlas - €7
International Film Festival Rotterdam (IFFR)




Pin Cushion (2017)
Data u Ħin: Il-Ġimgħa 26 Jannar 2018, 5:00PM

Ħrafa Gotika iffokata fuq protagonisti tfajliet, u ambjentata fis-subborgi tal-klassi tal-ħaddiema fil-Brittanja. Niltaqgħu ma’ omm bl-isem ta’ Lyn u ma’ bintha Iona (Dafty One u Dafty Two), li jinstabu eċċitati għal ħajja ġdida ġo belt ġdida. Wara bidu diffiċli, Iona hija ddeterminata li tagħmel suċċess, u ssir ħbieb tal-qalb ma’ Keely, Stacey u Chelsea. Imma peress li Lyn kienet drat tkun il-ħabiba tal-qalb ta’ Iona, tibda’ tħossha mnaqqsa. Minkejja li Lyn u Iona jippruvaw jgħixu bħallikieku kollox sejjer tajjeb, il-verità hija li l-affarijiet m’huma sejrin tajjeb xejn għall-ebda waħda minnhom. Iona tissielet mal-bniet, li jaġixxu aktar bħal għedewwa milli bħala ħbieb, u Belinda ma tridx tagħti l-iskalapiżi lura lill-Lyn. Kemm l-omm u t-tifla jirtiraw fil-fantasija u l-gideb.

Tul: 82 min
Ċert15
Lingwa: Ingliż
Tim Kreattiv: Deborah Yaywood (Direzzjoni)
Bil-parteċipazzjoni ta’: Lily Newmark, Joanna Scanlan

International Film Festival Rotterdam (IFFR)




La Holandesa (2017)
Data u Ħin: Il-Ġimgħa 26 Jannar 2018, 9:00PM

Maud u Frank qed jgħaddu l‐vaganzi tagħhom fiċ-Ċilì. Kemm ir-relazzjoni tagħhom kif ukoll Maud huma fraġli. Wara ħafna snin jippruvaw, wasal iż-żmien li jiffaċċjaw il-fatt li qatt m’huma se jkollhom tfal. Madankollu, Maud ma’ tridx taffaċċja r-realtà. Wara ġlieda enormi ma’ Frank, hi taqbad u titlaq lejn iċ-Ċilì, fejn tiltaqa’ ma’ żgħażugħ li jġib l-isem ta’ Messi. Din il-laqgħa aċċidentali bejn Messi u Maud issir avventura epika madwar il-pajsaġġi sbieħ taċ-Ċilì, kif ukoll vjaġġ ta’ skoperta.

Tul: 92 min
Ċert15
Lingwa: Spanjol, Olandiż (sottotitli bl-Ingliż)
Tim Kreattiv: Marlene Jonkman (Direzzjoni)
Bil-parteċipazzjoni ta’: Rifka Lodeizen, Guido Pollemans

International Film Festival Rotterdam (IFFR)




Amateurs (2018)
Data u Ħin: Is-Sibt 27 Jannar 2018, 4:00PM

Merħba f’Lafors! Komunità żgħira Svediża li għandha bżonn bidu ġdid. It-tama togħla meta l-kumpanija li tieħu ħsieb is-superstore Ġermaniż Superbilly tkun bi ħsiebha twaqqaf negozju f’dan il-qasam. 500 impjieg ġdid, dan ibiddel kollox! Musse, mill-uffiċċju tal-gvern lokali, jikseb l-unur li jipproduċi r-riklam li se jbiegħ lill-Lafors. Imma Aida u Dana huma lesti għall-isfida u jippuntaw il-mobiles u s-selfie sticks tagħhom lejn kull min m’għandux permess li jieħu sehem f’dan ir-riklam. Il-battalja ta’ min għandu d-dritt biex jirrakkonta l-istorja ta’ Lafors għadha kif bdiet.

Tul: 102 min
Ċert12
Lingwa: Svediż, Ingliż, Għarbi, Tamil, Kurd, Rumen, Romani, Bosnijak, Ġermaniż (sottotitli bl-Ingliż)
Tim Kreattiv: Gabriela Pichler (Direzzjoni)
Bil-parteċipazzjoni ta’: Zahraa Aldoujaili, Yara Aliadotter

International Film Festival Rotterdam (IFFR)




Nico, 1988 (2017)
Data u Ħin: Il-Ħadd 28 Jannar 2018, 3:00PM

Issa li qed toqrob il-ħamsin, il-kantanta u kittieba ta’ kanzunetti Nico qed tgħix eżistenza solitarja u kwieta f’Manchester, ‘il bogħod miż-żmienijiet glam tagħha tas-sittinijiet bħala superstar stil Warhol u vokalista ċelebrata għall-grupp kult, The Velvet Underground. Illum il-ġurnata, ma tantx jimpurtaha mid-dehra u l-karriera tagħha, li għadha qed twettaq grazzi għall-maniġer ġdid tagħha Richard, li jagħti lil Nico l-ispinta meħtieġa sabiex terġa’ tivjaġġa u tagħmel tour tal-Ewropa. Waqt li hi qed tissielet mad-demonji tagħha u l-konsegwenzi ta’ ħajja bla mistrieħ, tixtieq terġa’ tibni r-relazzjoni tagħha ma’ binha, li l-kustodja tiegħu tilfitha ħafna żmien ilu. Mużiċista kuraġġuża u li ma tafx kompromessi, l-istorja ta’ Nico hija storja ta’ twelid mill-ġdid: ta’ artista, ta’ omm, tal-mara wara l-ikona.

Tul: 93 min
Ċert15
Lingwa: Ingliż, Ġermaniż, Ċek (sottotitli bl-Ingliż)
Tim Kreattiv: Susanna Nicchiarelli (Direzzjoni)
Bil-parteċipazzjoni ta’: Trine Dyrholm, John Gordon Sinclair