Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

European Art Cinema Day

Ottubru 15

| Bla Ħlas - €7
European Art Cinema Day


CineXjenza – Bees
Ħin:
10.30AM
Prezz: 
€5

Ingħaqad magħna għal edizzjoni speċjali għaż-żgħar sabiex niċċelebraw Il-Jum Ewropew iddedikat għaċ-Ċinema u ċ-Ċinema tal-Arti, bil-promozzjoni tax-xjenza permezz tal-films. Dan l-avveniment se jdur kollu kemm hu mal-ħajja tan-naħal, u kif id-dinja tista’ qatt tkun mingħajr l-eżistenza tagħhom. Serje ta’ filmati qosra minn diversi films, inkluż Bee Movie, Mr Bug Goes to Town u Maya the Bee, se jkunu qed jintwerew bl-għan li jagħtu ħjiel tal-ispeċi tan-naħal u l-perċezzjoni tagħna ta’ din l-istess speċi. Membru mill-għaqda nongovernattiva Greenhouse se jkun qiegħed jagħti taħdita filwaqt li jqanqal l-interess taż-żgħar bl-għajnuna ta’ dak li jaraw, bi tħejjija għal workshop li jitlaq minn mostra ta’ pupazzi segwit minn logħba u taqsima tal-krafts fejn iż-żgħar se jkunu murija kif wieħed jista’ jibni l-antenni tan-naħal tiegħu stess u iżjed.

ĊineXjenza huwa ssapportjat mill-proġett STEAM Summer School, iffinanzjat minn Erasmus+ tal-Unjoni Ewropea u kkordinat mill-Malta Chamber of Scientists f’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv.

Tul: 60 min film; 60 min workshop
Ċert: 6–11 (dawn jistghu jkunu akkumpanjati minn adulti)
Lingwa: Ingliż
Tim Kreattiv: Jessica Edwards; Giulia V.,Dr Edward Duca

European Art Cinema Day


Violette
Ħin: 12.00PM
Prezz:  Dħul b’xejn; booking minn qabel meħtieġ

Bl-atturi nisa Emmanuelle Devos fil-parti tal-kittieba Violette Leduc u Sandrine Kiberlain bħala Simone de Beauvoir, il-ħabiba filosfa ta’ Jean Paul Sartre, Marion Vernoux tagħtina ġrajja vera f’dal-film tal-2013.

Violette, imwielda illeġittma fil-bidu tas-seklu l-ieħor, fis-snin ta’ wara l-gwerra tiltaqa’ Pariġi ma’ Simone de Beauvoir, kittieba intelletwali femminista. Jagħmlu ħbieb sew tant li jibqgħu f’relazzjoni intensa ħajjithom kollha. De Beauvoir temmen li f’idejha għandha d-destin ta’ kittieba straordinarja, u ma tmurx żmerċ.

Dan l-avveniment huwa organizzat mil-Alliance Française u Spazju Kreattiv, bl-appoġġ tal-Institut Français (http://ifcinema.institutfrancais.com/fr/).

Tul: 139 min
Ċert: 15+
Lingwa: Franċiż (sottotitoli bl-Ingliż)
Tim Kreattiv: Martin Provost (Direttur)
Bil-Parteċipazzjoni ta’: Sandrine Kiberlain

European Art Cinema Day


Ewropej – Films Qosra
Ħin:
 3:00PM 
Prezz:
 Dħul b’xejn; booking minn qabel meħtieġ
Tul:
 77 min
Bil-parteċipazzjoni ta’:
 Film Grain Foundation, Arts Council, EU2017MT, Ewropej Logo

84 SHEEP
Meta l-burokrazija tistona mar-realtà, l-influwenza fuq dawk affettwati ma tkunx ċkejkna. 84 Sheep huwa dokuparodija dwar id-destin ta’ 84 nagħġa.

Tul: 11 min
Lingwa: Malti u Ingliż (sottotitoli bl-Ingliż)
Tim Kreattiv: Maars van Haaften u Thomas Georgiadis (Kitba); Thomas Georgiadis (Direzzjoni)
Bil-partiċipazzjoni ta’: Mikhail Basmadjian  u Philip Mizzi

MOV BAK PLIJZ
Ambjentat f’Malta tal-2003, dan il-film għandu bħala l-protagonist tiegħu l-verżjoni tradizzjonali ta’ tal-linja s-safra, u x-xufier partikolarment kburi u patrijottiku tagħha. DING-DING –  Turist Brittaniku jaqbadha fuq il-politika ma’ passiġġier Malti dwar il-possibbiltà li Malta tingħaqad bħala sħab membru tal-Unjoni Ewropea… sintendi ma jonqosx l-indħil tax-xufier dwar is-suġġett.

Tul: 14 min
Lingwa: TBC
Tim Kreattiv: Keith Albert Tedesco (Kitba u Direzzjoni)
Bil-partecipazzjoni ta’: Jesmond Mizzi, Bernard Satariano, David Fox, Roman Cassar, Zofia Sokolowicz, Lawrence Micallef

TOXICITY
It-tossiċità tirreferi għal kemm sustanza tista’ tkun ta’ ħsara għal xi organiżmu. Barra minn hekk, it-terminu jista’ jintuża metaforikament sabiex jiddeskrivi l-effetti tossiċi li jħalli gruppi iżjed kumplessi, bħalma hija l-familja u s-soċjetà inġenerali. Fit-taħdit ta’ kuljum it-terminu jitqies bħala sinonimu għall-att tal-ivvalenar.

Tul: 10 min
Lingwa: Malti u Ingliż (sottotitoli bl-Ingliż)
Tim Kreattiv: Angelique Muller (Kitba u Dirazzjoni); Alex Rea (Kitba)
Bil-parteċipazzjoni ta’: Paul Portelli, Narcy Calamatta, Simon Curmi

VIVA MALTA
Darba fost l-oħrajn Richard iqum għal dinja staġnata, b’boroż taż-żibel mhux miġbura minn wara l-bibien ta’ barra u bl-attività tax-xogħol ma tidher imkien. Dak li għal xi wħud jista’ jidher biss bħala ħolma nostalġika, għal Richard malajr jinbidel fi ħmar il-lejl.

Tul: 7 min
Lingwa: Malti u Ingliż (sottotitoli bl-Ingliż)
Tim Kreattiv: Federico Carnevali (Direzzjoni); Sarah Mallia (Kitba)
Bil-parteċipazzjoni ta’: Massimo Portelli, Samuele Portelli Morana, John Falzon, Shazia Khan Darmanin

ENTROPY
Il-Politika f’Malta każ għaliha. Wisq probabbli dan huwa l-uniku pajjiż fid-dinja fejn in-nazzjon sħiħ jispiċċa involut b’mod attiv fl-elezzjonijiet, fejn kulħadd jappoġġja l-partit il-blu jew l-aħmar bħallikieku kien xi miġnun, u fejn il-politika ssir ħaġa waħda mal-futbol u mal-fidi reliġjuża. Meta fl-ewwel ta’ Mejju 2017 il-Prim Ministru Malti ħabbar elezzjoni urġenti, kompla jitfa’ l-ħatab fin-nar, bir-riskju li jitlef il-kredibbiltà kollha tiegħu minħabba l-iskandli li rriżultaw riċentament wara li ħareġ fil-beraħ il-każ Panama. Minħabba f’hekk, il-poplu spiċċa maqsum fi tnejn matul l-erba’ ġimgħat sħaħ ta’ dik li x’aktarx tista’ titqies bħala l-iżjed kampanja elettorali feroċi fl-istorja ta’ Malta. Dan id-dokumentarju qasir isegwi l-vjaġġ ta’ ftit individwi żgħażagħ u l-approċju tagħhom għall-Politika.

Tul: 35 min
Lingwa: Malti u Ingliż (sottotitoli bl-Ingliż)
Tim Kreattiv: Massimo Denaro (Kitba u Direzzjoni)
Bil-parteċipazzjoni ta’: Nikita Zammit Alamango, Alex Caruana, Alexander Mangion, Erica Schembri

European Art Cinema Day


The Black Pin
Ħin: 5:00PM
Prezz: €7 għall-pubbliku ġenerali; €6 għall-Membri taċ-Ċinema tagħna
Tul: 100mins
Ċert: TBC
Lingwa: Montenegrin (sottotitoli bl-Ingliż)
Tim Kreattiv: Film Grain Foundation
Bil-parteċipazzjoni ta’: Ivan Marinović (Kitba u direzzjoni), Nikola Ristanovksi, Leon Lučev, Bogdan Diklić (Atturi)

The Black Pin 
Dun Peter inkwetat li l-univers qed ikun indifferenti, tant li Alla issa ma għadux jintervjeni. Martu telqitu u l-uniku iben li għandu ħlief jirribella kontrih mhuwiex. U ommu rarament tiftakar fih minħabba l-Alzheimers li ħakmitha. Kulma jixtieq dan is-saċerdot huwa mument wieħed ta’ paċi, imma jispiċċa jitqies ukoll bħala l-ostaklu fil-parroċċa tiegħu, minħabba f’bejgħ ta’ proprjetà massiva f’din l-istess parroċċa li tinsab ħdejn il-baħar. Għalhekk, ir-raħlin vivaċi imma vendikattivi ta’ din il-parroċċa jiddeċiedu li jeħilsu minnu. F’dan kollu żgur li ma hemmx serħan għal Dun Peter, tant li dawn jispiċċaw sabiex jikkonvinċu lill-bqija tar-raħlin li dan l-istess Peter huwa l-kaġun ta’ kull problema li tinqala’ fuq il-peniżola. Il-gwerra tagħhom timmanifesta ruħha waqt funeral ta’ dik li skonthom hija saħħara, liema funeral idawruh f’diżastru totali, u fejn Peter iħabbat wiċċu mal-ikbar u l-iżjed tentazzjonijiet assurdi ta’ ħajtu.
European Art Cinema Day


Insyriated
Ħin: 8.30PM
Prezz: €7 ; €6 għall-membri li juru l-Karta ta’ sħubija għaċ-Ċinema

Dan id-dramm Belġjan jagħti ambitu ġdid lis-subgeneru ta’ ‘home invasion’ permezz ta’ angolu oriġinali u mimli tensjoni. Matul il-kors ta’ ġurnata, Insyriated jsegwi l-ġlieda li jiffaċċjaw Oum Yazan (Hiam Abbas) u l-familja tagħha meta jinqabdu ġewwa d-dar tagħhom minħabba kunflitt li jkun għaddej fid-dinja ta’ barra. Meta blokk ta’ appartamenti kwiet f’ Damasku f’daqqa waħda jsir żona ta’ gwerra – fejn bombi jheddu li jkissru l-bini u fejn il-btieħi jsiru żoni ta’ perikolu minħabba snipers – Oum tospita l-ħbieb u l-ġirien ġo darha stess sabiex twassal lilhom u l-familja tagħha lejn is-sikurezza bil-kalma u bi strateġija.

Tul: 86 min
Ċert: 15+
Lingwa: Arabic (sottotitoli bl-Ingliż)
Tim Kreattiv: Philippe Van Leeuw (Direzzjoni u Kitba)
Bil-parteċipazzjoni ta’: Hiam Abbass, Diamand Bou Abboud, Juliette Navis