Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

Estonian Film Days

Ottubru 26 - Ottubru 29

Estonian Film Days


Sangarid (The Dissidents) (2017)
Data u Ħin: Il-Ħamis 26 Ottubru 2017, 7:00PM

Insibu ruħna fis-snin tmenin fejn tliet adoloxxenti qed jippjanaw li jaħarbu mill-Estonja Sovjetika billi jgħaddu mill-Finlandja sabiex jmorru lejn l-Isvezja. Għaliex? Biex jgawdu l-esperjenza tad-dinja ħielsa kif tidher fuq serje ikoniċi tat-televiżjoni bħal ‘Miami Vice’, ‘Knight Rider’ u ‘Santa Barbara’. Inizjalment mfaħħra bħala eroj li sfidaw l-awtoritajiet u qasmu l-‘iron curtain’, l-Istampa Svediża malajr tibdel it-ton. Jirriżulta li dan t-trio anarkiku m’għandhu l-ebda intenzjoni li jagħmel xi ħaġa daqshekk tedjanti bħal li jfittex ix-xogħol. Stil ‘retro’, anarkija u l-enerġija ta’ adoloxxenza jiffurmaw din il-kummiedja ta’ ritmu mgħaġġel u mimlija azzjoni mid-direttur Jaak Kilmi (‘Disco and Atomic War’, 2009; ‘Revolution of Pigs’, 2004; ‘Christ Lives in Siberia’, 2015).

Tul: 90 min
Ċert12
Lingwa: Estonjan (Sottotitoli bl-Ingliż)
Tim Kreattiv: Jaak Kilmi (Direzzjoni), Martin Algus (Kitba), Taska Film (Produzzjoni)
Bil-parteċipazzjoni ta’: Märt Pius, Karl-Andreas Kalmet, Veiko Porkanen

Estonian Film Days


Seenelkäik (Mushrooming) (2012)
Data u Ħin: Il-Ġimgħa 27 Ottubru 2017, 7:00PM

L-orrur, is-satira u l-politika post-Sovjetika titħallat f’din il-kummiedja sewda oriġinali dwar vjaġġ għall-ġbir tal-faqqiegħ ġol-masġar li tmur minn ħażin għall-agħar. Waqt li jissielet biex jibqa’ rilevanti fid-dinja stramba u ġdida tal-midja tal-llum, il-politikant Aadu Kägu huwa lest jgħamel minn kollox biex iżomm il-preżenza pubblika tiegħu – inkluż li jirkeb ballun enormi tal-gomma ġgant fuq programm televiżiv popolari. Meta jiddeċiedi li jaħrab għal ftit żmien flimkien ma’ martu Vivi billi jmur jiġbor il-faqqiegħ salvaġġu, il-ġurnata malajr issir ħmarillejl għall-PR, fejn il-koppja jiltaqgħu ma’ stilla eċċentrika mix-xena tal-mużika rock, jintilfu fil-bosk u jirċievu telefonata minn ġurnalist li għandu xi informazzjoni pjuttost interessanti fuq it-tranżazzjonijiet politiċi ta’ Aadu. Il-film Seenelkäik ta’ Toomas Hussar huwa satira politiku dwar l-affarijiet li l-politikanti u ċ-ċelebritajiet kontemporanji huma lesti jagħmlu biex isalvaw il-ġilda tagħhom.

Tul: 100 min
Ċert: 12A
Lingwa: Estonjan (Sottotitoli bl-Ingliż)
Tim Kreattiv: Toomas Hussar (Director),Piret Tibbo-Hudgins (Producer)
Bil-parteċipazzjoni ta’: Raivo E. Tamm, Juhan Ulfsak, Elina Reinold, Üllar Saaremäe, Hendrik Toompere Jnr., Hilje Murel

Estonian Film Days


Miriami Lood (Miriam Stories)
Dati u Ħinijiet: 
Is-Sibt 28 Ottubru 2017, 11:00AM
Il-Ħadd 29 Ottubru 2017, 11:00AM

Mill-animaturi tal-films Riho Unt u Andres Tenusaar tiġi din is-serje ta’ films animati qosra għal udjenzi żgħar li huma magħmula b’imħabba kbira u li jsegwu l-avventuri ta’ tifla bl-isem ta’ Miriam, ħuha ż-żgħir u t-tiġieġa tagħhom. Il-films li qed jiġu skrinjati jinkludu, Miriam and the Flood, Miriam’s Broken Picture, Miriam’s Colours, Miriam’s Green Spots u Miriam’s Kite. Il-films qosra kollha jittrattaw dwar temi bħall-familja u l-ħbiberija: ġranet tax-xita, annimali, il-ħin tar-rikreazzjoni u ħafna aktar.

Runtime: 45 min
Cert: U
Language: Estonjan (Sottotitoli bl-Ingliż)
Creative Team: Riho Unt (Direzzjoni), Andrus Raudsalu (Produzzjoni)

Estonian Film Days


Ema (Mother) (2016)
Data u Ħin: Is-Sibt 28 Ottubru 2017, 7:00PM

B’għeruq fid-drama tar-radju Irlandiż, dan il-misteru b’umoriżmu skur huwa ambjentat f’belt zgħira fl-Estonia u jiffoka fuq Elsa, il-gwardjana full-time tat-tifel tagħha, Lauri, li waqa ġo koma wara li sparawlu. Minħabba li żewġha tilef kull interess emozzjonali fiha, Elsa tgħix ħajja kwieta, domestika u tedjanti, fejn l-unika distrazzjoni li għandha hija relazzjoni ma’ ex-kollega ta’ Lauri li ma’ twassal mkien. Il-misteru ta’ min spara lill-Lauri jintroduċi atmosfera ta’ tensjoni f’din il-belt żgħira u monotona, filwaqt li diversi residenti jibdew jitfgħu id-dawl fuq il-misteru meta jżuru lil Lauri. B’doża tajba ta’ kummiedja skura u referenzi effettivi għall-istil viżwali tal-film Noir, din it-tielet offerta mid-direttur Estonjan inventiv, Kadri Kousaar (Magnus, 2007; The Arbiter, 2013) jilgħab bil-misteru, l-umoriżmu u s-swied ta’ qalb.

Tul: 89 min
Ċert15
Lingwa: Estonjan (Sottotitoli bl-Ingliż)
Tim Kreattiv: Kadri Kõusaar (Direzzjoni), Leana Jalukse, Al Wallcat (Kitba), Aet Laigu (Produzzjoni)
Bil-parteċipazzjoni ta’: Tiina Malberg, Andres Tabun, Andres Noormets, Siim Maaten, Jaan Pehk, Jaak Prints, Rea Lest

Estonian Film Days


Risttuules (In the Crosswind) (2014)
Data u Ħin: Il-Ħadd 29 Ottubru 2017, 7:00PM

‘In the Crosswind’ huwa ‘requiem’ stilizzat b’mod impressjonati, iddedikat lill-membri tal-komunità tal-Balkani li ġew deportati jew maqtula minn Stalin fis-sajf tal-1941. Eżatt qabel l-avveniment, niltaqgħu ma Erna, Haldur u binthom, Eliide, li jiddeċiedu li jibqgħu fl-Estonja minkejja l-perikli imminenti tal-gwerra. Meta l-familja tagħhom tiġi mifruda minn raids armati, nibdew naraw id-dinja mill-perspettiva ta’ Erna, li tiddokumenta l-esperjenzi tagħha ġo djarju mimli osservazzjonijiet sensittivi. Iffilmjat bl-abjad u l-iswed, u b’disinn tal-awdjo u ‘voiceover’ ferm tajbin, id-debutt ta’ Martti Helde joffri serje ta’ xeni storiċi iffriżati fl-imgħoddi.

Tul: 87 min
Ċert12
Lingwa: Estonjan (Sottotitoli bl-Ingliż)
Tim Kreattiv: Martti Helde (Kitba u Direzzjoni)
Bil-parteċipazzjoni ta’: Laura Peterson, Tarmo Song, Mirt Preegel, Ingrid Isotamm, Einar Hillep