Karta ta’ Sħubija għaċ-Ċinema

Biex tapplika għall-Karta ta’ sħubija għaċ-Ċinema,  jekk jogħġbok imla l-formula hawn.

Prezz
Adulti: €5
Konċessjonijiet (anzjani u studenti): €3

Cinema Membership Card

Benefiċċji tas-sħubija:
– Kontenut esklussiv b’xejn.
– Avvenimenti esklussivi għall-membri.
– Prijorità fil-prenotazzjonijiet ta’ xi titli (il-prenotazzjonijiet jibdew ġimgħa qabel dawk normali).
– Skont fuq il-prezz tal-biljetti.
– B’possibbiltà t’aktar skonti fuq films speċifiċi.
– Numru ta’ screenings b’xejn bħal pereżempju dawk ta’ films Klassiċi u films tal-Anniversarji.
– Newsletter taċ-Ċinema li se tintbagħat kull xahar, li tinkludi kontenut esklussiv, skontijiet u avventimenti u mbagħad l-iskeda tax-xahar id-dieħel.

Fields marked with an * are required

Wara li timla d-dettalji tiegħek permezz ta’ din il-formola, inti ser tirċievi email li tikkonferma l-pplikazzjoni tiegħek. L-email se jkun fih ukoll informazzjoni dwar kif wieħed għandu jipproċedi għall-ħlas. Biex tkompli tikkonferma l-sħubija tiegħek inti ġentilment tiġi mitlub biex tħallas l-ammont stipulat.

Termini u Kundizzjonijiet

Ġenerali
– Is-sħubija tingħata biss lil persuni li għandhom ’il fuq minn 16-il sena.
Is-sħubija mhijiex trasferibbli.
– Is-sħubija tintitolak sabiex tixtri biljett wieħed biss għal kull screening.
– Is-sħubija tagħti aċċess illimitat għall-Programm taċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv; MET, Bolshoi, RSC, and NT mhumiex parti mill-iskema tas-sħubija. Screenings bi skont huma elenkati fuq il-websajt tagħna.
– Il-karta ta’ sħubija għandha dejjem tkun ippreżentata mal-bieb, flimkien mal-biljett li jkun inxtara.
– Il-karta ta’ sħubija hija propjetà ta’ Fondazzjoni Kreattività.
– Fondazzjoni Kreattività tirriserva d-dritt li taġġorna u tbiddel dawn it-Termini u Kundizzjonjiet.

Karti mitlufa jew misruqa
– Jekk il-karta tas-sħubija tintilef jew tinsteraq, il-membru għandu jinnotifikaw immedjatament lill-Fondazzjoni Kreattività, u japplika għal oħra.
– Biex japplikaw għal karta oħra, il-membri gġandhom javżaw lill-Fondazzjoni Kreattività fuq cine@kreattivita.org. Ħlas amministrattiv ta’ €5 japplika.

Kanċellazzjoni tas-sħubija – mill-membru
– Il-membri jistgħu jikkanċellaw is-sħubija tagħhom x’ħin iridu, u għal kwalunkwe raġuni.
– Biex isseħħ il-kanċellazzjoni, il-membri għandhom javżaw lill-Fondazzjoni Kreattività permezz ta’ ittre fuq cine@krettivita.org.
– Meta ssir il-kanċellazzjoni, il-membri għandhom jirritornaw il-karta ta’ sħubija lill-Fondazzjoni Kreattività.

Kanċellazzjoni tas-sħubija – minn Fondazzjoni Kreattività
– Fondazzjoni Kreattività tirriserva d-dritt li ttemm is-sħubija fil-każ li jkun hemm frodi, dikjarazzjonijiet foloz jew falsifikazzjonijiet fir-reġistrazzjoni, użu frodulenti, irregolaritajiet fil-pagament, u/jew nuqqas ta’ konformità kompluta mat-Termini u Kundizzjonijiet.