Sejħa għall-Proposti

Sejħa għall-Proposti

L-aħħar sejħa 2017-2018 / L-ewwel  sejħa 2018-2019 għal proposti għall-programm ta’ Spazju Kreattiv:

Tiftaħ – 2 Ġunju 2017 
Tagħlaq – 2 Awwissu 2017
Deċiżjonijiet – 25 Awwissu 2017

Jekk jogħġbok kun ċert li tikkonsulta mal-viżjoni strateġika ta’ Spazju Kreattiv (Identità – Diversità – Wirt) meta tkun qed tfassal il-proposta tal-proġett.

Nota għal min hu interessat, il-koordinaturi tal-programm ta’ Spazju Kreattiv ser ikunu qegħdin jilqgħu l-mistoqsijiet u l-kurżitajiet tagħkom permezz ta’ sensiela ta’ sessjonijiet – IKKREA

Fix-xahar ta’ Novembru 2014 ġiet imnedija uffiċjalment il-viżjoni strateġika ta’ Spazju Kreattiv. Din il-viżjoni titfa’ ħarsitha fuq tliet punti prinċipali: l-Identità, id-Diversità, u l-Eredità. Il-programm ta’ Spazju Kreattiv huwa għalhekk, marbut ma’ dawn it-tliet pilastri u li jirrifletti b’mod partikulari:

IDENTITÀ: Il-kreattività, l-arti u l-kultura huma kunċetti differenti imma relatati ma’ xulxin. Aħna min aħna bħala komunità kreattiva jiddependi fuq ftehim ċar ta-differenzi u l-affarijiet komuni bejn dawn it-tliet kunċetti.
Proposti li jagħtu prijorità lill-prinċipju tal-identità se jingħataw aktar importanza minn oħrajn li ma jurux dan b’mod daqshekk ċar.

DIVERSITÀ: Spazju Kreattiv għandu l-għan li jippreżenta xogħol innovattiv, u jinkoraġġixxi l-kreattività iktar minn kull aspett artistiku ieħor. Fl-istess waqt, bħalma jgħid il-Mission Statement tal-Fondazzjoni Kreattività, aħna nfittxu li naħdmu ‘sabiex inkunu katalisti għall-ħiliet kreattivi tal-Maltin biex dawn jitqanqlu u jiffjorixxu, u sabiex tagħmel l-arti u l-kultura, kif ukoll l-attivitajiet l-oħra kollha relatati magħhom, dejjem aktar aċċessibli għal kulħadd, inklużi tfal u żgħażagħ u dawk kulturalment u soċjalment żvantaġġjati’.
Proposti li jinvolvu udjenzi ġodda bħala pateċipanti attivi u/jew forom ta’ xogħlijiet sottorappreżentati huma għalhekk, meqjusa f’konformità mal-aspett tal-viżjoni strateġika ta’ Spazju Kreattiv.

EREDITÀ: Li nkunu nafu minn fejn bdejna u x’qed inħallu warajna huma kwalitajiet essenzjali bħala parti mill-aspetti tal-eredità. Filwaqt li nkunu konxji tal-wirt u ta’ kif dan il-wirt jaffettwa x-xogħlijiet ġodda, huwa neċċessarju wkoll li xogħlijiet preżentati fil-programm ta’ Spazju Kreattiv ikun juri x’ħa jkun qed jitħalla warajna. Dan kollu se jipprovdi opportunità biex ġenerazzjonijiet futuri japprezzaw l-isforzi kreattivi li jkunu saru fi żmienna.

Biex taqra aktar dwar il-Mission Statement, agħfas hawn.