Artists’ Residency

 

Fondazzjoni Kreattività, f’kollaborazzjoni ma’ Valletta 2018, tikkordina Residenza għall-Artisti fil-qalba tal-Mediterran, b’ħidma mill-qrib mal-komunità.

Sejħa annwali tagħmilha possibbli għal artisti minn kull dixxiplina sabiex iqattgħu sa massimu ta’ tliet ġimgħat ġewwa r-residenza. L-istess residenza tipprovdi aċċess għal studjow f’raħal tipikament Għawdxi.

L-artisti huma mitluba jaħdmu u jinteraġixxu mal-komunitajiet Għawdxin waqt li jinkludu wkoll lin-nies tal-lokal fil-ħidma tagħhom.

Is-sejħa li jmiss mistennija tiftaħ f’Jannar tal-2018.

Agħti ħarsa lejn l-artisti li qattgħu xi jiem fir-residenza Għawdxija hawnhekk.